Monday, February 24, 2025

€3,000 multa talli qasam karreġġjata, ħabat ma’ karozza u kiser id passiġġiera

Aqra wkoll

Joseph Buttigieg ta’ 69 sena ġie mmultat €3,000 wara li nstab ħati li meta kien qiegħed isuq il-karozza qasam karreġġjata biex jidħol fi triq u konsegwenza ta’ dan seħħet ħabta. F’dan l-inċident kienet kisret idha passiġġiera li kienet fil-karozza l-oħra.

Ir-raġel ġie akkużat mill–Ispettur Diana Vella li fl-14 ta’ Awwissu 2022, fi Triq Għajn Qajjet fir-Rabat, saq b’manjiera traskurata u weġġa’ tfajla. Fix-xhieda tagħha, it-tfajla – il-vittma – u l-għarus tagħha li f’dak l-inċident kien is-sewwieq tal-karozza qalu li Buttigieg qasam bil-karozza biex jidħol fi triq u spiċċaw ħabtu.

Huma qalu li t-tfajla sofriet ġrieħi gravi filwaqt li saret ħsara lill-karozza.
Min-naħa tiegħu Buttigieg li għażel li jixhed f’dawn il-proċeduri qal li hu waqaf biex jaraw kinux ġejjin karozzi u ma ra l-ebda karozza. Imbgħad skont Buttigieg x’ħin saq sema ħoss u nduna li kienet seħħet il-ħabta.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace fis-sentenza tagħha qalet li mill-provi mressaq jirriżulta li l-akkużat naqas li jkun attent meta qasam karreġġjata opposta mingħajr ma ħa l-prekawzjonijiet neċessarji.

Kien għalhekk li sabitu ħati u minbarra t-€3,000 multa skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal 3 xhur u naqqsitlu 8 punti fuqha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport