Wednesday, December 25, 2024

€30,000 biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa f’dormitorju fin-nursery ta’ Ħal Qormi

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda t-tieni mis-seba’ proġetti ta’ reġenerazzjoni urbana u investiment fil-komunità, li se jsiru permezz tal-intervent tal-Housing Development Fund, fond speċjali fi ħdan l-Awtorità tad-Djar. 

Dan il-proġett se jieħu l-forma ta’ xogħlijiet estensivi f’kumpless sportiv f’Ħal-Qormi, speċifikament dak amministrat mill-Qormi Football Club Youth Nursery. Il-proposta tal-youth nursery tikkonsisti fi proġett tar rinnovar tad-dormitrorju u l-faċilitajiet anċillari. 

Minister for Social Accommodation Roderick Galdes announces the enhancement of sport facilities at Qormi FC

Il-Housing Development Fund qed tgħaddi s-somma ta’ €30,000 biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa f’dan id dormitorju u l-bqija tal-faċilitajiet biex ikun jista’ jintuża regolarment għal training camps u attivitajiet oħra fi grupp. 

Il-Ministru Roderick Galdes tenna li “b’dan il-proġett qed ngħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ jitħarrġu, jitgħallmu u jikbru fil-futbol, imma fuq kollox, jikbru fil-karattru tagħhom ukoll bħala atleti żgħar. Il-Ministru Galdes sostna li “għalhekk dan il-proġett jiġbor fih l-għan tal-Housing Development Fund, li jkun strument biex nagħmlu komunitajiet aħjar.” 

Ic-Chairperson tal- Housing Development Fund Charmaine Mangion tenniet li l-iżvillupp fil-komunitajiet tagħna huwa kruċjali. Dan għaliex, joffri qafas sod lis-soċjetà fejn qed tattira u s-sostni l-benessere, opportunitajiet u talenti, investimenti u fuq kollox ambjent aħjar fil lokalitajiet. 

Minister for Social Accommodation Roderick Galdes announces the enhancement of sport facilities at Qormi FC

“Qed ninvestu b’mod dirett fit talenti, saħħa u kwalita’ ta’ ħajja ahjar. U dan huwa fil-fatt, l-għan ewlieni tal Housing Development Fund” qalet iċ-Chairperson. “Permezz ta’ dan il-progett, qed noffru liż-żgħażagħ tagħna opportunitajiet aħjar fl-isport, fejn mhux biss huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa fiżika iżda anka dik mentali, bl istess mod qed naċċertaw illi l-aspett soċjali ukoll qiegħed jiġi indukrat.” 

Hija għalqet billi saħqet “li b’hekk ninsab verament grata, illi qed nagħtu leħen u spazju għal proġetti soċjali illi jagħmlu differenza fl-għejxien ta’ kull ċittadin.”

Ekonomija

Sport