Għall-erba’ snin li ġejjin Infrastructure Malta se tkun qed tinvesti €35 miljun biex pajjiżna jkollu għall-ewwel darba network ta’ rotot iddedikati għar-roti li jgħaqqdu lil pajjiżna, flimkien ma’ strateġija nazzjonali għaċ-ċikliżmu moderna li se tiġi ffinalizzata mal-istakeholders

Dan ħabbru l-Ministru Aaron Farrugia wara li lbieraħ mar dawra bir-rota fuq stedina ta’ Bulletproof. Il-Ministru qal li dan għalih huwa passatemp li ta’ spiss jagħmel fi tmiem il-ġimgħa.