L-assoċjazzjoni Taljana CERM qiegħda toffri €4,000 għas-sejba tal-fdalijiet ta’ tajra Egyptian Vulture bl-isem ta’ Isabel u l-persuna responsabbli mill-qtil tagħha f’Malta.
Skont l-assoċjazzjoni din it-tip ta’ tajra ġiet meħlusa f’Awwissu li għadda bħala parti minn proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea bl-għan li jippromwovi l-konservazzjoni ta’ din l-ispeċi li tinsab viċin l-estinzjoni.
Waqt l-ewwel migrazzjoni tagħha, Isabel waslet Malta fl-14 ta’ Settembru u għosfrot. Skont informazzjoni li għandhom mill-GPS li kellha t-tajra, jidher li din sfat maqtula fil-limiti tal-irdum ta’ Ħad-Dingli bejn is-7.24 p.m u s-7.44 p.m.
L-assoċjazzjoni qalet li kien hemm persuni li ddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom biex jgħinu lil Isabel titwieled, tikber u finalment tiġi meħlusha. Barra minn hekk kien hemm fondi apposta li ġew investiti fiha u għalhekk l-assoċjazzjoni mhux taqta’ qalbha li ssib min kien responsabbli għall-qtil tagħha.