Matthew Camilleri ġie mmultat €4,000 wara li ammetta li saq b’mod perikoluż u tajjar sewwieq ta’ mutur.
Hu kien mixli li fis-6 ta’ April li għadda, kkaġuna ġrieħi ħfief lis-sewwieq tal-mutur filwaqt li kien akkużat ukoll li saq b’mod perikoluż, bi traskuraġni, bla liċenzja u bla polza tal-assikurazzjoni.
Quddiem il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici Camilleri ammetta mill-ewwel għal akkużi miġjubin kontrih.
Il-Qorti kellha kliem ta’ kundanna għal sewqan traskurat filwaqt li qalet li inċidenti fejn is-sewwieqa tal-muturi jissograw ħajjithom kull darba li jsuqu fit-toroq Maltin saru komuni ħafna.
Minbarra l-€4,000 multa ordna li Camilleri jkollu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal 12-il xahar.
Il-Maġistrat Agius Bonnici ordna wkoll li Camilleri jitlef 10 punti mil-liċenzja tas-sewqan.

