Il-Partit Laburista, f’sitt sigħat ta’ Maratoni Ġbir ta’ Fondi ġabar is-somma ta’ €438,503 f’donazzjonijiet. Illum il-Partit Laburista għamel ġurnata ta’ attivtajiet fosthom laqgħa politika filgħodu biex ifakkar l-ewwel sena anniversarju mir-rebħa storika fl-elezzjoni ġenerali.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-maratona li rriżultat għal ċifra sabiħa li se tkompli ssaħħaħ lill-Partit Laburista biex jibni Għawdex u Malta fejn kulħadd jista’ jaspira u jikseb dak li jaspira. Għalhekk, Fiduċja f’Pajjiżna.