Saturday, November 16, 2024

€47 miljun telf għall-ajruport minħabba l-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tilef €47 miljun kawża tal-impatt li l-Covid19 ħalla fuq it-turiżmu.

Mir-rapport dwar l-andament tiegħu fl-ewwel disa’ xhur tas-sena jirriżulta li f’dan il-perjodu ta’ din is-sena d-dħul kien ta’ €24 miljun meta dak tas-sena li għaddiet kien €77 miljun. Dan ifisser li kien hemm tnaqqis ta’ 67.7%.

Dan wassal biex l-MIA plc, il-kumpanija li tmexxih, għamlet telf qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ €1.4 miljun bejn Jannar u Ottubru meta fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet kienet għamlet qligħ ta’ €41 miljun.

It-telf kien primarjament dovut għat-tnaqqis fil-passiġġieri li għaddew mill-ajruport li niżlu b’74% fuq is-sena li għaddiet għal 1.6 miljun.

L-MIA plc, il-kumpanija li tmexxi l-ajruport, rat l-ispejjeż tal-impjegati jonqsu b’24% dovut għal tnaqqis fil-pagi tal-impjegati u l-għajnuna tal-Gvern fil-ħruġ tas-salarji.

L-ispejjeż operattivi tal-kumpanija naqsu bi 38% minħabba diversi miżuri li ħadet fosthom ir-reviżjoni fil-programm ta’ manutenzjoni li wassal biex sar biss xogħol essenzjali.

Ekonomija

Sport