Saturday, December 21, 2024

€5,100 miġbura waqt Festa Ħut jingħataw donazzjoni lill-Fondazzjoni Nazareth

Aqra wkoll

Wara nuqqas ta’ sentejn, fir-raħal tas-sajjieda, f’Marsaxlokk, fl-aħħar jiem ġiet organizzata l-festa li  tiċċelebra t-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin marbutin mas-sajd, Festa Ħut.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said kienet saħqet illi l-qligħ kollu tal-attività se jkun b’risq għanijiet filantropiċi, b’sens ta’ karità għal dawk li huma fil-bżonn. 

Bugeja Said ħabbret li minn din l-attività inġabret is-somma sabiħa ta’ €5,100 u li dawn il-flus se jgħinu biex jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ diversi nies fil-bżonn.

Naprezza l-fatt ukoll li waqt din l-attività s-Segretarju Parlamentari saħqet dwar l-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħidma li ssir ta’ kuljum biex is-settur jibqa’ jikkontribwixxi fl-ekonomija tal-pajjiż filwaqt li jservi bħala sors importanti għall-ikel. 

Ekonomija

Sport