Saturday, November 23, 2024

€55 miljun imħallsa s’issa permezz tas-Suppliment tas-Salarju COVID19 li għandu jsalva mat-93,580 impjieg

Aqra wkoll

€25 miljun oħra se jkunu allokati għada biex b’hekk l-ammont ta’ ħlas li jkun sar ikun dak ta’ €80 miljun

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru ammont sostanzjali ta’ miżuri li għandhom l-għan li jistimulaw l-ekonomija u jiġġeneraw l-attività ekonomika.

“Il-miżuri ekonomiċi b’saħħithom li dalwaqt se jiġu implimentati se jinkludu kemm miżuri fuq terminu qasir kif ukoll dawk fit-tul. Dawk għal perjodu qasir għandhom l-għan li jindirizzaw l-aspett tal-provvista tal-ekonomija filwaqt li l-perjodu fit-tul se jiffokaw fuq li nattiraw u nagħtu spinta lill-investiment. Bħala gvern aħna se nkunu ta’ spalla mal-komunità tan-negozju tagħna. Aħna konxji mill-isfidi li l-komunità qiegħda tħabbat wiċċha magħhom, filwaqt li nżommu f’moħħna li minkejja li l-ħwienet issa huma miftuħa għan-negozju, l-attività tagħhom ċertament mhix fl-istess livell li kienet esperjenzata qabel il-pandemija. B’idejna fuq il-polz tan-negozji, bħala gvern aħna se niggwidawhom permezz ta’ din il-fażi l-ġdida sabiex innaqqsu l-piżijiet tagħhom kemm jista’ jkun u nissalvagwardjaw l-impjiegi filwaqt li noħolqu oħrajn ġodda, pożizzjoni li tikkumplimenta l-ħidma tagħna biex infittxu l-opportunità fi sfida u naqbdu t-triq biex nerġgħu nesperjenzaw tkabbir ekonomiku”.

Il-Ministru Schembri qal li s-suppliment tal-pagi se jiġi provdut għax-xahar ta’ Ġunju u Malta Enterprise se tkompli bil-proċess ta’ rutina tagħha fl-assistenza tan-negozji.

B’idejna fuq il-polz tan-negozji tagħna, bħala gvern se niggwidaw lin-negozji għal din il-fażi l-ġdida biex jonqos il-piż minn fuqhom kemm jista’ jkun u nissalvagwardjaw l-impjiegi filwaqt li noħolqu oħrajn ġodda, pass li jikkumplimenta l-ħidma tagħna sabiex infittxu l-opportunitajiet fi sfida u naqbdu t-triq biex nerġgħu nesperjenzaw tkabbir ekonomiku

Il-Ministru Silvio Schembri

Ġie spjegat li sa issa tħallas l-ammont ta’ €55,000,000 bħala parti mis-suppliment tal-paga COVID19. Għada se jkunu qed jitħallsu €25,000,000 oħra biex b’hekk l-investiment totali jkun ta’ €80,000,000 f’suppliment tal-pagi.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega li min-naħa tagħha fadal ftit evalwazzjonijiet xi jsiru, madanakollu, Malta Enterprise qed tistenna risposta mill-klijenti. “Nappella lill-applikanti biex jiċċekkjaw l-emails tagħhom b’mod regolari u fil-pront jippreżentaw id-dokumenti mitluba mill-entità. Mil-lum, is-suppliment tal-pagi għax-xahar ta’ Mejju u għall-maġġoranza tal-emails riċevuti, diġà nħarġu. Għal dan is-suppliment, dawk li applikaw qabel diġà rċevew konferma bl-email u għalhekk m’għandhomx għalfejn japplikaw mill-ġdid”. L-ammont ta’ applikazzjonijiet riċevuti jammonta għal 20,012 applikazzjoni; żieda ta’ 127 li jkopru 93,580 impjegat. 

Dwar l-iskema tat-telework, sa issa ġie żborzat l-ammont ta’ €300,000 filwaqt li ġiet approvata l-għotja ta’ €376,000. Fir-rigward tal-leave tal-kwarantina, ġie aċċettat ammont ta’ €885,500 mill-applikanti, li jkopri 2,530 impjegat.

Sport