Saturday, November 16, 2024

€700 multa wara li ħareġ arma quddiem ibnu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena mill-Fgura kien immultat €700 wara li ammetta li kellu arma  fil-pubbliku.

Francis Galea ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li fit-3 ta’ Ottubru 2019, fil-Galea Service Station li tinsab fl-istess lokalità, żamm arma tan-nar mingħajr liċenzja.

Kien ibnu Norbert li irrapporta l-għassa tal-Fgura li wara argument ma’ missieru dan ħareġ għalih bl-arma.

L-akkużat sostna li kien iżomm l-arma fuqu bħala sigurtà għax ikollu l-flus u nsida li ħariġha biex ibeżża’ lil ibnu għax dan kien ħebb għal lavrant.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa li investigat il-każ.

Ekonomija

Sport