Monday, November 4, 2024

€80 miljun għal Bernardo Silva

Aqra wkoll

Wara li Manchester City ħabbru li t-talba tal-midfielder internazzjonali Portugiż, Bernardo Silva, hija dik ta’ €100 miljun, ir-rispost ta’ Barcelona kienet dik li huma jistgħu biss jitilgħu ta’ €80 miljun.

Bħalissa l-Katalani jinsabu fi kriżi finanzjarja minkejja li jridu jsaħħu l-iskwadra tagħhom u wara li akkwistaw lil Franck Kessie (Milan), Andreas Christensen (Chelsea), Raphinha (Leeds), Robert Lewandowksi (Bayern Munich) u Jules Kound (Sevilla), issa xeħtu l-attenzjoni fuq Silva.

Huma qed jinnegozjaw biex ineħħu lil Pierre-Emerich Aubameyang kif ukoll lil Serginho Dest biex ikollhom il-fondi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiffirmaw lil Silva.

Min-naħa tiegħu, Silva jixtieq imur jilgħab fin-Nou Camp.

Sport