L-eċċitament qiegħed dejjem jiżdied għall-edizzjoni tal-EAP Malta International 2025, li se ssir is-Sibt, 14 ta’ Ġunju, fil-Grawnd Nazzjonali Matthew Micallef St John, il-Marsa. Din il-kompetizzjoni, li hija parti mill-World Athletics Continental Tour – Challenger, hija organizzata mill-Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club u se tilqa’ taħlita qawwija ta’ atleti Olimpici, champions nazzjonali, u talenti emerġenti minn aktar minn 30 pajjiż.
B’aktar minn 150 atleta u uffiċjal mistennija jattendu, l-edizzjoni tal-2025 twiegħed spettaklu u prestazzjonijiet ta’ livell għoli f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini tal-atletika.
Atleti li għandek issegwi
- Tatiana Melnyk (Ukrajna) – Tliet darbiet parteċipanta fl-Olimpjadi (2016, 2020, 2024), rebbieħa ta’ diversi midalji tad-deheb fil-Balkan Championships u l-World University Games.
- Beppe Grillo (Malta) – L-aqwa sprinter Malti u l-aħħar atleta Malti li kkwalifika għall-Olimpjadi. Ħames darbiet champion nazzjonali u medaljat fil-Balkani. Rebbieħ ta’ diversi midalji fil-Logħob tal-Pajjizi z-Żgħar, fosthom midalja tad-deheb f’Andorra dan ix-xahar.
- Shi Yuhao (Ċina) – Klassifikat in-numru 32 fid-dinja, dan l-atleta għandu diversi midalji mill-Diamond League u l-Asian Games u kien probabbilment se jkun l-attrazzjoni ewlenija tal-avveniment. Sfortunatament, it-talba tiegħu għall-viża ġiet rifjutata għal xi raġuni.
- Tomas Nemejc (Ċeka) – Finalist fil-Kampjonati Ewropej tal-200m (2024), rebbieħ darba tal-kampjonat nazzjonali tal-200m u darbtejn kampjun nazzjonali indoor tal-istess distanza.
- Keenan Blake (Olanda) – Champion preżenti tal-400m u detentur tar-rekord tal-kompetizzjoni.
- Carys McAuley (Skozzjia) – Rebbieħa tal-midalja tal-fidda fil-4x400m fil-Bislett Diamond League (2023), u finalista fil-Kampjonati Ewropej Indoor (2023).
- Dániel Eszes (Ungerija) – Champion Ewropew U18 u champion nazzjonali fil-ostakli.
- Tetiana Keysen (Ukrajna) – Champion nazzjonali tal-200m tliet darbiet u rebbieħa ta’ titli indoor.
- Molly Scott (Irlanda) – Stilla magħrufa Irlandiża u ex-medaljata dinjija, li se terġa’ tiddefendi t-titlu tagħha fil-100m. Fost il-midalji li ħadet; Fidda fil-World U20 Championship, Bronż European U18 Championships u Top 8 in World U20 Chiampionships u tlett darbiet Champion Nazzjonali fl-Indoor.
- Viktoria Baranivska (Ukrajna) – Champion nazzjonali tal-Indoor fit-Triple Jump (2024)
- Oke Tosin (Niġerja) – Veteran fit-Triple Jump, champion dinji tal-Indoor fit- Triple Jump, finalista Olimpiku (2012), tliet darbiet champion tal-Afrika u seba’ darbiet champion nazzjonali
Kliem mill-Organizzaturi:
“Il-lista ta’ atleti ta’ din is-sena hija l-aktar kompetittiva li qatt kellna,” qal Norman Saliba, Direttur tal-Avveniment. “Qed noffru s-segwaċi tal-atletika lokali ċ-ċans li jaraw atletika ta’ klassi dinjija hawn stess f’Malta.”Huwa kompla jgħid: “Din hija opportunità mill-aqwa għal KULL atleta lokali biex ikejjel il-ħiliet tiegħu jew tagħha kontra kompetituri ta’ livell għoli mingħajr il-bżonn li jivvjaġġa.”
Ejja u Segwina:
Stadium Matthew Micallef St John, Marsa
Is-Sibt, 14 ta’ Ġunju 2025 | 15:00 – 20:00
Dħul: Bla Hlas
Segwina: www.eapmalta.com, Mezzi Sociali: EAP MALTA International eapmalta
Ikkuntattjana: [email protected]