Saturday, December 21, 2024

EasyJet kostretta tħassar madwar 100 titjira minħabba nuqqas ta’ ħaddiema kawża tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-kumpanija tal-ajru EasyJet ikkanċellat madwar 100 titjira, fosthom 62 ġewwa ir-Renju Unit, u dan minħabba li numru ta’ ħaddiema ma daħlux għax-xogħol minħabba li jinsabu infettati jew fi kwarantina minħabba l-Covid-19.

Il-kumpanija qalet li hija pprovat tirrisolvi din il-problema billi tutilizza ħaddiema li kienu fuq standby iżda minkejja dan, xorta waħda kienet kostretta li tħassar ammont ta’ titjiriet. Dan kollu qiegħed iseħħ hekk kif id-domanda għall-ivvjaġġar żdiedet sostanzjalment hekk kif issa jibdew il-vaganzi tal-iskellej.

Għadd ta’ ajruporti wkoll qegħdin iħossu l-pressjoni tal-Covid-19 hekk kif dawn qegħdin jispiċċaw jaħdmu b’inqas ħaddiema mis-soltu u dan qiegħed jikkawża kjuwijiet twal.

Tajjeb li jingħad li EasyJet hija waħda mill-ikbar linji tal-ajru ġewwa l-Ewropa, u l-ikkanċellar tat-titjiriet kien biss parti żgħira lill-iskeda tagħha, hekk kif matul il-jum tat-Tnejn biss din il-linja tal-ajru topera 1,645 titjira. 

Ekonomija

Sport