Friday, November 15, 2024

EBA Nations Cup 2023: Iż-żewġ timijiet Maltin jgħaddu għall-fażi l-aktar kruċjali 

Aqra wkoll

Iż-żewġ timijiet Maltin temmew il-fażi tal-gruppi tagħhom fit-tielet post tal-klassifika tal-EBA Nations Cup 2023 li qed issir fi Bridlington.  

Wara dan ir-riżultat, kemm il-Men’s kif ukoll is-Seniors għaddew għal play-off match qabel is-semifinali fejn b’rebħa huma jilagħbu għal mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni biċ-ċans ukoll li jisfidaw għall-unuri finali.  

Sadanittant fil-ħames ġurnata ta’ dan it-turnament, it-timijiet Maltin kellhom riżultati mħallta. Fil-Men’s Malta tilfet kontra Skozja 15-10 għalkemm rebħet lill-Irlanda ta’ Fuq bl-istess skor.  Fil-logħbiet ta’ filgħaxija kien hemm ukoll rebħa u telfa hekk kif wara li tilfu 13-12 kontra Wales f’logħba missielta, għelbu lill-Irlanda 17-8.  

Is-Seniors lagħbu żewġ logħbiet hekk kif wara telfa ta’ 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, rebħu lill-Afrika t’Isfel 18-7.  

Illum kemm il-Men’s kif ukoll is-Seniors se jilagħbu l-play-off kontra l-Irlanda filwaqt li aktar tard jaffaċċjaw lill-Iskozja.  

KLASSIFIKA MEN’S A  

Ingilterra 44, Skozja  42, Malta, Irlanda ta’ Fuq 33,  Wales 35, Irlanda 23, Olanda 21, Shetland 19, Afrika t’Isfel  18, Ġibilta’ 13, Messiku 11, Awstralja 9, Belġju 5.  

KLASSIFIKA – SENIORS  

Ingilterra 31, Skozja 28, Malta, Irlanda ta’ Fuq 27, Wales 22, Irlanda, Awstralja 13, Afrika t’Isfel 8, Katalunja 7, Ġibilta’ 4.  

Ekonomija

Sport