Saturday, December 21, 2024

Ebda abbuż mis-Segretarju Parlamentari dwar l-użu tal-karozza ministerjali

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, ikkonferma li ma sar l-ebda abbuż mis-Segretarju Parlamentari Chris Bonnett dwar l-użu tal-karozza ministerjali.

Il-Kummissarju kkonferma wkoll li ma kien hemm ebda ksur ta’ regola u kien ċar li ma kellux bżonn ikompli bl-investigazzjonijiet tiegħu.

F’kumment li għamel is-Segretarju Parlamentari Chris Bonnett, wara d-deċiżjoni tal-Kummissarju, qal li dik ma kienet xejn għajr kampanja mibnija fuq il-qerq u attakki personali. Dr Bonnett fisser ukoll li saret drawwa li jsiru allegazzjonijiet fiergħa mal-Kummissarju għall-Istandards.

Huwa fisser dawn bħala attakki bl-addoċċ mill-istess nies mibnija fuq strateġija ta’ fejn laqat laqat, u fejn ħabat ħabat. Sostna wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissarju wriet li huwa wkoll safa vittma ta’ din il-kampanja qarrieqa.

Ekonomija

Sport