Il-kwistjoni tal-ħara ta’ Johann Buttiġieġ bħala Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, kariga li kienet ħolqot kontroversja meta saret, issa kellha żvolta ġdida. Dan hekk kif il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, ikkonkluda li m’hemmx bażi biex ikompli jinvestiga lill-Ministru Clint Camilleri dwar din il-ħatra.
Irid jingħad li dan il-każ kien tqajjem mal-Kummissarju għall-Istandards minn Carmel Caccopardo, li ilmenta li, sa ftit qabel, Buttigieg fil-professjoni tiegħu kien konsulent ma’ żviluppatur u ppreżenta artikli fil-midja biex jiġġustifika dan.
Minkejja dan, fid-deċiżjoni tiegħu, Azzopardi qal li mhemm l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħatra ta’ Buttigieg jew bażi li tiġġustifika l-ilment dwar id-deċiżjoni meħuda mill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar.