Tuesday, December 24, 2024

Ebda bidla… fl-iskejjel it-tfal iridu jilbsu l-maskri

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħodu fil-Belt Valletta saret protesta li fiha grupp ta’ persuni talbu lill-awtoritajiet biex il-maskra ma tkunx mandatorja fl-iskejjel. Huma mxew madwar it-toroq tal-belt u temmew il-protesta quddiem il-Ministeru tas-Saħħa.

Sorsi qrib il-qasam edukattiv ikkonfermaw lil Talk.mt li fl-iskejjel mhu se jkun hemm ebda bidla hekk kif matul din il-ġimgħa jiftħu l-iskejjel u għalhekk dan ifisser li l-istudenti se jkunu obbligati jilbsu l-maskri fil-klassijiet u fl-iskola.

L-istess sorsi qalulna li “qegħdin fi żmien kruċjali u mhux lok li fl-iskejjel inmorru biex jitneħħew il-maskri. L-għan tal-maskri qiegħed hemm biex jipproteġi kemm lit-tfal kif ukoll lill-għalliema tagħna.”

L-istess sors qalilna li “fl-iskejjel ittieħdu ħafna passi biex it-tfal u l-għalliema ikollhom livell ta’ protezzjoni u għalhekk dak mitlub fil-protesta f’dan il-mument tal-pandemija, ma jagħmilx sens għax jista’ jwassal għal riskji ġodda”.

Ekonomija

Sport