Tuesday, May 14, 2024

Ebda ħjiel tal-mottiv  fil-każ tar-raġel li nstab maqtul f’karozza f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Minkejja l-investigazzjonijiet li għaddejjin b’rabta mal-katavru li nstab f’bagoll f’karozza fil-wied ta’ Ħal Qormi, jidher li l-Pulizija m’għadha ebda ħjiel ta’ x’seta’ kien il-mottiv li wassal għal dan il-qtil.  Analiżi forensika flimkien ma’ testijiet ta’ DNA, għandhom jistabbilixxu l-identità tar-raġel misjub,  L-investigaturi qed iqisu dan il-każ bħala wieħed diffiċli.

Sorsi li tkellmu ma’ Talk.mt sostnew li l-każ hu wieħed diffiċli fejn l-ewwel pass irid ikun dak li jkun identifikat il-katavru, li instab f’karozza li kien proprjetà ta’ Mario Farrugia ta’ 62 minn Pembroke. Farrugia qatt ma kiser difrejh mal-Pulizija.

L-istess sorsi spjegawlna li fl-aħħar sigħat il-Pulizija kienu qed jippruvaw jaraw filmati biex jaraw il-movimenti tal-karozza.  Il-Pulizija qed taħdem fuq it-teorija li r-raġel ma nqatilx fil-post imma ttieħed hemm minn persuna jew persuni mhux magħrufin.

L-istess sorsi spjegaw li sa issa m’hemm ebda ħjiel ta’ x’jista’ jkun il-mottiv wara dan il-qtil u dan jagħmel il-każ wieħed diffiċli.

Sport