Tuesday, September 9, 2025

“Ebda tifel jew tifla m’għandhom jipperikolaw ħajjithom biex jitgħallmu”

Il-kuntest Malti fil-Jum Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Edukazzjoni minn Attakk

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’pajjiżna, 46.3% ta’ żgħażagħ bejn il-25 u l-34 sena għandhom kwalifika terzjarja. Rata li saħansitra tgħaddi l-medja tal-Unjoni Ewropea (43.1%). Fl-2023, f’Malta aktar minn 19,000 studenti kienu rreġistrati fil-livell ta’ edukazzjoni terzjarja, sinjal ċar ta’ soċjetà li tpoġġi l-edukazzjoni ta’ wliedna fil-qalb tal-progress. 

Madankollu, waqt li aħna nħossuna kburin b’dawn ir-riżultati, mhux kull pajjiż jista’ joffri sigurtà, stabbiltà u opportunitajiet bħal dawn fl-edukazzjoni.  Fil-fatt, bejn l-2022 u l-2023 madwar id-dinja kien hemm madwar 6,000 attakki li fil-mira tagħhom kien hemm studenti, edukaturi u istituzzjonijiet edukattivi. L-użu ta’ skejjel għal għanjiet militari żdied b’20% u aktar minn 10,000 studenti nqatlu, ġew maħtufa, attakkati jew imweġġa’. 

Realtà fi bżonn ta’ għarfien u azzjoni

Din hija r-realtà f’xi pajjiżi barra minn xtutna. Realtà fi bżonn ta’ għarfien u azzjoni. Huwa għalhekk li bħal-lum, 9 ta’ Settembru, id-dinja tfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-edukazzjoni minn Attakk.

L-attakki fuq l-edukazzjoni f’żoni ta’ konflitt żdiedu b’mod allarmanti. Fl-aħħar sena ġiet irreġistrata żieda taa’ 44% ta’ attakki fuq skejjel li wasslu għal imwiet, ħtif u trawma fuq eluf ta’ studenti, edukaturi, ġenituri u qraba. Dawn l-attakki jheddu mhux biss l-ħajjiet tal-individwi milquta imma anke l-futur ta’ komunitajiet sħaħ. 

F’dan il-Jum in-Nazzjonijiet Uniti tisħaq li “ebda tifel jew tifla m’għandhom jipperikolaw ħajjithom biex jitgħallmu”. Tisħaq li għandu jkun hemm aċċess sigur għall-edukazzjoni u tħeġġeġ lill-pajjiżi biex jinvestu f’sistemi reżiljenti ta’ edukazzjoni. Barra minnhekk titlob biex kull pajjiż jimplimenta d-Dikjarazzjoni għal Skejjel Siguri. 

Għal din is-sena, flimkien mal-UNESCO u msieħba oħra, l-UN organizzat l-avveniment għoli f’Geneva bit-tema “Challenging Narratives, Reshaping Action”. Il-messaġġ universali huwa li l-edukazzjoni għandha tibqa’ ħielsa minn kull forma ta’ vjolenza jew periklu.

Il-Jum Internazzjonali

… sinjal ta’ solidarjetà globali

Din il-ġurnata ġiet stabbilita mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) fl-2020 u tiġi mfakkra kull sena fid-9 ta’ Settembru. Il-ġurnata, appoġġjata mill-UNESCO u l-UNICEF, tqajjem għarfien dwar il-ħtieġa li l-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti jkunu protetti b’mod sħiħ minn attakki fi żminijiet ta’ kunflitt jew instabbiltà. 

Flimkien  il-komunità internazzjonali, tagħti prijorità lill-futur tat-tfal u taż-żgħażagħ li f’xi każijiet isiru l-ewwel vittmi ta’ gwerer jew vjolenza armata. 

Malta: X’qiegħda toffri s-sistema edukattiva tagħna?

Fuq sfond ta’ pajjiżi li qegħdin jissieltu biex iżommu t-tfal tagħhom siguri fl-iskejjel, Malta tista’ tagħti eżempju ta’ kif l-edukazzjoni tista’ tkun pilastru ta’ progress soċjali. Dan permezz ta’:

  • Struttura soda: l-edukazzjoni obbligatorja tkompli minn ħames sa 16-il sena, b’enfasi fuq bilingwiżmu u inklużjoni;
  • Aċċess universali: kindergarten u edukazzjoni sekondarja huma disponibbli u appoġġjati mill-istat;
  • Kisbiet fit-tertiary: fl-aħħar ħames snin kien hemm żieda ta’ 31% f’dawk li daħlu għal edukazzjoni terzjarja, bi 19,035 student f’istituzzjonijiet bħall-Università ta’ Malta u MCAST;
  • Xejriet futuri: l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 tpoġġi l-inklużjoni, il-personalizzazzjoni u l-kwalità bħala prijoritajiet biex tipprepara lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Minkejja dan, xorta waħda lokalment hemm sfidi li għadhom persistenti fosthom li huma biss 15% tal-gradwati li jagħżlu oqsma STEM u l-involviment tan-nisa f’dawn il-qasam għadu limitat.

Obbligu morali ta’ appoġġ…

Il-ġurnata tal-9 ta’ Settembru tfakkarna li filwaqt li Malta għamlet kisbiet kbar fil-qasam edukattiv u l-istatistiċi huma inkoraġġanti, f’pajjiżi oħra hemm miljuni ta’ tfal li għadhom ma jistgħux jattendu b’mod sigur l-iskola. Dan meta, l-edukazzjoni mhiex biss dritt fundamentali, iżda hija wkoll kruċjali għas-soċjetà moderna. Għaldaqstant, għandha tkun protetta b’kull mod.

Sfortunatament, minn dak li naraw, l-edukazzjoni mhiex uniformi madwar id-dinja. Filwaqt li pajjiżna għandu ħafna x’joffri u jiftaħar bih, għandna wkoll obbligu morali li nkomplu nappoġġjaw inizjattivi internazzjonali bil-għan aħħari li kull tifel u tifla, kullimkien, igawdu minn dak li aħna nħossu bħala normali: edukazzjoni sigura, libera u ta’ kwalità.

IN CIRCLE BREAK:

Hemm miljuni ta’ tfal li għadhom ma jistgħux jattendu b’mod sigur l-iskola… L-edukazzjoni mhiex biss dritt fundamentali, iżda hija wkoll kruċjali għas-soċjetà moderna. Għaldaqstant, għandha tkun protetta b’kull mod.

IN SEPARATE 2 GREY BOXEX WITH MAIN HEADDING IN BLACK STRIP + PIXES ACCORDINGLY PLS:

Attakki fi skejjel… Telf ta’ ħajja li jħalli weġgħa dejjiema

2024:

Tfajjel ta’ 12-il sena jisraq pistola

… Joqtol student u jweġġa’ tnejn oħra

Fejn u meta: Viertola School, Vantaa (Helsinki metro area), 2 ta’ April 2024.

Mejtin u feruti: Student ta’ 12 -il sena mejjet; żewġ studenti wkoll ta’ 12-il sena sfaw midruba.

Agressur: Tifel ta’ 12-il sena; allegatament uża revolver li kien liċenzjat u proprjetà ta’ qarib; ma jistax jiġi mixli kriminalment minħabba l-età u tpoġġa taħt servizzi soċjali.

Dettalji oħra: Il-pulizija qalet li kien hemm “lista ta’ miri” u li l-arma ttieħdet minn residenza ta’ membru tal-familja tal-agressur.

Jum ta’ skola li kellu jkun normali

jinbidel f’orrur

Fejn u meta: High School Winder, Georgia, fl-Istati Uniti, 4 ta’ Settembru 2024.

Mejta u feruti: Erbgħa mejta (żewġ studenti ta’ 14-il sena u żewġ għalliema); disgħa midrubin.

Agressur: Student ta’ 14-il sena; arrestat fuq il-post u akkużat bħala adult.

Dettalji oħra: Uża arma tip AR-platform; l-allarm attiva ruħu minn membri tal-istaff b’“panic button” ġodda.

Kwotazzjonijiet tal-qraba tal-vittmi: Oħt il-vittma Christian Angulo: “Għandna qalbna maqsuma għall-aħħar”.

“Kampus maqlub ta’ taħt fuq b’attakk b’sikkina”: 

Fejn u meta: Wuxi Vocational & Technical College provinċja ta’ Jiangsu, fiċ-Ċina, 16 ta’ Novembru 2024.

Mejta u feruti: tmienja mejta, 17 midruba.

Agressur: Raportat bħala student/eks-student armata b’sikkina; arrestat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport