Friday, November 22, 2024

Ebda żieda fl-età tal-irtirar u fil-ħlas tal-bolla b’rabta mar-riforma fil-pensjonijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tar-riforma fil-pensjonijiet ħadet żvolta ġdida fl-aħħar sigħat u dan hekk kif grupp ta’ professjonisti li kien qed jaħdem fuq l-istrateġija għal pensjonijiet lesta studju dettaljat dwar il-pensjonijiet f’pajjiżna fl-aħħar ħames snin.  Ir-rapport jinsab fuq il-Mejda fil-Parlament. 

B’rabta ma’ dan il-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-pensjonijiet għas-snin li ġejjin. Din il-konsultazzjoni tagħlaq fit-tletin ta’ Marzu li ġej.

Waħda mill-isfidi kbar li jiffaċċjaw l-pensjonijiet hi dik ta’ popolazzjoni dejjem tixjieħ, anzjani li jgħixu aktar imma imbagħad ikun hemm il-fenomenu ta’ inqas wild u li dan joħloq xenarji problematiċi. Filfatt ir-rapport  li tħejja jipproġetta l-qagħda tas-sistema tal-pensjonijiet sas-sena 2070.

Fl-aħħar xhur kellna diversi min elenka l-fatt li se jkollha tiżdied l-età tal-pensjoni jew li togħla l-bolla, dak il-ħlas li jħallsu l-ħaddiema biex imbagħad imorru biex jagħmlu tajjeb għal pensjonijiet. 

Minkejja dan ir-rapport li ġiet ppreżentat ma’ fih ebda rakkomandazzjoni biex togħla l-età jew il-bolla. 

Fl-analiżi li qed issir f’dan ir-rapport jingħad  kif bl-iżviluppi li kien hemm fl-aħħar snin fil-qagħda ekonomika li kull sena tjiebet u fis-suq tax-xogħol, li ssaħħaħ, qed ikun ipproġettat titjib sostanzjali fl-adegwatezza tal-pensjonijiet. Ġie indikat li fis-sena.  2010, l-adegwatezza tal-pensjoni kienet ikkalkulata li se tilħaq is-46% sal-2060, issa qed ikun stmat li se tilħaq il-55% sal-2070, titjib ta’ 9 punti perċentwali.

Qed ikun imbassar ukoll titjib f’dik li hija sostenibbiltà, fejn filwaqt li d-defiċit tas-sistema tal-pensjoni fl-2010 li kien ikkalkulat li se jilħaq il-5.8% tal-Prodott Domestiku Gross sal-2060, issa qed ikun ikkalkulat li se jilħaq it-3% tal-Prodott Domestiku Gross sal-2070.

Prattikament dan ifisser li sa kważi ħamsin sena oħra, id-defiċit tal-pensjoni hu mbassar li jkun kważi n-nofs ta’ dak ta’ għaxar snin qabel.

Quddiem dak li qed jgħid dan l-istudju, il-grupp li ħejja din l-analiżi, se jkun qed jilqa’ u jevalwa il-proposti u s-suġġerimenti li jsiru korpi kostitwiti, mis-soċjetà ċivili, l-għaqdiet tal-pensjonanti.

Wara konsultazzjoni li ssir, dawn il-proposti u suġġerimenti se jgħinufit-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet finali li l-grupp se jkun qed iressaq lill-Gvern. Dan mistenni jsir aktar tard din is-sena.

Sport