Tuesday, September 9, 2025

‘Eċċitat fil-bidu tal-esperjenza ġdida tiegħi mal-klabb ta’ Gżira, li hu wieħed organizzat ħafna u b’ambizzjoni sabiħa’ – David Xuereb

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Jien bdejt nilgħab il-futbol meta kelli ħames snin mal-klabb tar-raħal tiegħi Mellieħa SC, u minn hemm ‘il quddiem dejjem bqajt inħobb nilgħab u nsegwi l-futbol.

X’tikkummenta fuq l-esperjenzi passati tiegħek ma’ Zejtun Corinthians FC u Marsa FC?

L-esperjenzi ma’ Zejtun u Marsa kienu esperjenzi sbieħ ħafna fejn kont parti minn grupp ta’ plejers ta’ kwalitá u karattru tajjeb ħafna. Avolja dejjem konna viċin, qatt ma lħaqna it-tragward tagħna f’dawn l-istaġuni peró kbirt ħafna minn dawn l-esperjenzi.

U l-aħħar waħda ma’ Melita FC fil-Malta Premier?

L-istaġun mal-Melita FC kien wieħed fejn kelli l-opportunitá nerġa’ nilgħab Premier ma’ grupp ta’ plejers tajbin ħafna u ma’ klabb organizzat ħafna. Kien stagun fejn għaddejna minn mumenti tajbin ħafna u oħrajn diffiċli peró tgħallimt ħafna u kuntent li ffurmajt parti minn din l-iskwadra.

U fuq il-livell tal-grawnds li tilagħbu fihom?

Il-livell tal-grawnds hawn Malta huwa wieħed tajjeb u jsir ħafna xogħol biex jinżammu fi stat tajjeb speċjalment meta tikkunsidra l-volum ta’ logħob li jintlagħbu kull ġimgħa fuqhom.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma’ Gżira United FC, hekk kif iffirmajt magħhom fil-ġimgħat li għaddew?

Jiena ninsab eċċitat hekk kif ninsab fil-bidu tal-esperjenza tiegħi mal-klabb ta’ Gżira, li hu wieħed organizzat ħafna u b’ambizzjoni sabiħa.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi huwa li jekk taħdem, tkun iddixxiplinat u tagħmel is-sagrifiċċji meħtieġa tkun kapaċi tilħaq fejn tixtieq fil-karriera tal-futbol tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport