Tuesday, September 24, 2024

Eddie Howe jiċħad li Newcastle huma interessati f’Enzo Fernandez

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Newcastle United, Eddie Howe, kien qed jitkellem mal-mezzi tax-xandir Ingliżi b’xi ġurnalisti li bdew jissuġġerilu li l-klabb jinsab interessat fil-plejer Arġentin, Enzo Fernandez. Dan tal-aħħar għadu kemm spiċċa rebbieħ tat-tazza tad-dinja fil-Qatar, għandu 21 sena u spikka ferm tul din l-edizzjoni.

Fernandez jilgħab bħala midfielder ċentrali u kien hemm diversi spekulazzjonijiet li l-Magpies jinsabu interessati fih.

Bħalissa hu qed jilbes il-flokk ta’ Benfica fil-Portugall fejn skorja gowl wieħed biss fi 13-il partita.

Sport