Il-coach ta’ Newcastel United, Eddie Howe, esprima konfużjoni dwar il-limitazzjoni tas-sospensjoni tal-imħatri fis-Serie A tal-midfielder internazzjonali Taljan, Sandro Tonali, 23 sena, għal 10 xhur, talli lagħab imħatri fuq Brescia u Milan matul iż-żmien tiegħu maż-żewġ clubs.
Huwa ammetta r-reati quddiem il-Prosekuturi Pubbliċi ta’ Turin u beda l-kura għall-vizzju tal-logħob tal-azzard. Inizjalment l-FIGC tat sospensjoni ta’ 10 xhur lil Tonali qabel ma ġiet ratifikata aktar tard mill-UEFA u mill-FIFA, li ddeċidew li l-player mhux eliġibbli għal Newcastle sa Awwissu 2024.
Din tiġi bħala daqqa ta’ ħarta għall-Magpies, li nefqu €70 miljun erba’ xhur ilu biss. Is-sospensjoni ta’ Tonali tfisser li mhux se jkun jista’ jilgħab għall-Italja fil-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej fil-Ġermanja, jekk huma jikkwalifikaw għat-tournament.