Eden Hazard qed jirrifjuta li jħalli lil Real Madrid matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar u jrid jibqa’ fil-Bernabeu sas-sajf qabel jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.
L-internazzjonali tal-Belġju tħabat biex juri l-aħjar forma tiegħu għal Los Blancos minn meta ngħaqad magħhom mingħand Chelsea f’Lulju 2019, filwaqt li reġa’ sabha diffiċli f’dan l-istaġun, billi pprovda biss żewġ assists f’16-il dehra.
Newcastle United kellhom offerta riċenti għall-attakkant aċċettata minn Real Madrid, iżda l-player ta’ 31 sena irrifjuta ċ-ċans li jmur jilgħab fis-St James’ Park.
Minkejja li dan l-istaġun qed jissielet għal azzjoni regolari, Hazard mhux interessat li jħalli l-Bernabeu dan ix-xahar, peressli ma jridx iċaqlaq lill-familja tiegħu fi żmien qasir.
It-team immexxi minn Carlo Ancelotti huwa determinat li jċedi lill-Belġjan għal din is-sena sabiex jagħmel spazju fil-baġit tal-pagi għal Kylian Mbappe ta’ Paris Saint-Germain u Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund.
Hazard, li skorja ħames goals u rreġistra 10 assists f’59 dehra ma’ Real Madrid, għad fadallu sentejn u nofs biex fil-kuntratt tiegħu fil-kapitali Spanjola.