Friday, December 13, 2024

Ederson jemmen li Manchester City kapaċi jirbħu t-Treble

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Ederson jemmen li Manchester City huma “kapaci bis-sħiħ” li jiksbu treble storiku dan l-istaġun.

Is-Citizens bħalissa jinsabu sitt punti distakk minn ma’ Liverpool fil-quċċata tal-Premier League, filwaqt li jinsabu wkoll fil-kwarti tal-finali tal-FA Cup u għandhom vantaġġ komdu ta’ 5-0 fl-ewwel leg kontra Sporting Lisbon fir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League. .

Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti qabel it-tieni leg tal-Erbgħa mal-club Portugiż, Ederson qal li jemmen li minn dak li urew City fis-snin ta’ qabel, huwa jħoss li tabilħaqq għandhom il-kredenzjali biex jirbħu kull unur possibli u jħoss li jistgħu jisfidaw għar-rebħ tat-treble.

Minn mindu ngħaqad mal-Blues mingħand Benfica fl-2017, Ederson għamel 226 dehra għal City fil-kompetizzjonijiet kollha u rebaħ 10 trofej, inklużi tliet titli tal-Premier League.

Pep Guardiola se jkun qed jibda din il-partita kontra Sporting b’14-il player disponibbli biss, wara li l-manager Spanjol żvela li Joao Cancelo li jinsab marid huwa wieħed mis-sitt plejers li se jitilfu din il-partita, filwaqt li Kevin De Bruyne x’aktarx mhux se jkun qed jibda l-partita hekk kif jinsab karta safra biss bogħod minn sospensjoni.

Ekonomija

Sport