Monday, September 23, 2024

Ederson segwit minn erba’ klabbs

Aqra wkoll

Barcelona ngħaqdu ma’ Manchester United, Newcastle United u Juventus fit-tentattiv li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Ederson. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u jilgħab ukoll b’mod difensiv u għandu rwol importanti fl-iskwadra tal-kowċ Giampiero Gasperini. Hu kien ukoll fundamentali sabiex il-Bergamaschi rebħu l-UEFA Europa League wara li għelbu lil Bayer Leverkusen fil-finali.

Kemm ilu ma’ Atalanta, Ederson lagħab 74 partita u skorja seba’ gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport