Saturday, October 12, 2024

Edin Dzeko abbużat verbalment mill-partitarji ta’ Juventus

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Inter Edin Dzeko kien abbużat verbalment u possibbilment b’mod razzjali mill-partitarji ta’ Juventus waqt id-Derby d’Italia.

L-attakkant Bosnjan ta’ 36 sena lagħab id-90 minuta sħaħ fit-telfa ta’ 2-0 tan-Nerazzurri kontra l-Bianconeri f’Turin, u naqas milli jsib ix-xibka f’lejla diffiċli għat-team immexxi minn Simone Inzaghi. It-telfa rat lil Inter jinżlu fis-seba’ post tal-klassifika hekk kif Juventus telgħu fil-ħames post.

Skond rapporti fil-media Taljana, Dzeko kien fil-mira tal-partitarji ta’ Juventus matul il-partita, li kienu qed jinsulentawh u f’punti possibilment jabbużaw minnu b’mod razzjali billi jsejħulu “żingara”. F’ħin minnhom il-Bosnijaku wieġeb billi dawwar lejhom u qabad il-partijiet privati ​​tiegħu.

L-inċident jista’ jiġi investigat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali u Juventus jistgħu jkunu f’riskju li jirċievu multa.

Dzeko skorja sitt goals f’19-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun għal Inter.

Sport