Edin Dzeko ħalla lil Inter għal Fenerbahce bi transferiment ħieles bl-aħħar logħba tal-attakkant għall-club ta’ Milan kienet il-finali tal-UEFA Champions League, li Inter tilfu 1-0 kontra Manchester City f’Istanbul. Il-player ta’ 37 sena ffirma kuntratt ta’ sentejn mal-club Tork.
“Addio Inter, kienu sentejn mill-isbaħ,” kiteb Dzeko fuq Instagram. “Kien vjaġġ mill-aqwa. Issa aħna qed ninfirdu, iżda grazzi.”
Dzeko, li l-kuntratt ma’ Inter jintemmlu fl-aħħar tax- xahar, skorja 31 goal f’101 logħba minn meta ngħaqad magħhom mingħand Roma fl-2021, fosthom 14 fl-istaġun li għadda. Huwa rebaħ żewġ titli tal-Coppa Italia mat-team tas-Serie A.
Preċedentement, l-internazzjonali tal-Bosnja-Herzegovina rebaħ it-titli tal-Premier League u tal-Bundesliga ma’ Manchester City u Wolfsburg rispettivament, u skorja aktar minn 300 goal fil-karriera tiegħu tal-clubs. Dzeko se jirċievi £3.6 miljun kull staġun f’Fenerbahce, qal il-club.