Wednesday, October 23, 2024

Edin Terzic flok Julen Lopetegui?

Aqra wkoll

L-eks kowċ ta’ Borussia Dortmund Edin Terzic jinsab il-favorit li jkun qed imexxi lil West Ham United fiż-żmien mhux ‘il bogħod. Dawn tal-aħħar qed jikkunsidraw li jneħħu lill-kowċ Spanjol Julen Lopetegui wra bidu mhux daqstant pożittiv tal-istaġun. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Hammes tilfu 4-1 kontra Tottenham bil-paċenzja tad-diriġenti li kulma jmur qed issir iktar skarsa.

Terzic kellu offerti mingħand AC Milan ukoll iżda eventwalment dawn tal-aħħar għażlu lil Paulo Fonseca sabiex imexxihom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport