Sevilla jistgħu jidħlu f’tatqiegħa ma’ Barcelona għall-firma tal-attakkant ta’ Manchester United, Edinson Cavani.
L-internazzjonali Urugwajan kellu staġun 2021-22 mimli injuries u jidher li x’aktarx iħalli lir-Red Devils meta jiskadi l-kuntratt tiegħu fis-sajf.
Barcelona huma maħsuba li jinsabu favoriti għall-firma ta’ Cavani, għalkemm Man United suppost ma jistennewx li l-attakkant iħalli l-club f’Jannar.
Il-Blaugrana jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa għall-player ta’ 34 sena, madankollu, hekk kif Sevilla identifikaw ukoll lil Cavani bħala rinforz ideali fl-attakk.
It-team immexxi minn Julen Lopetegui diġà għamel kuntatt mal-aġent ta’ Cavani u se jimmira li jiffirmah b’kuntratt fix-xitwa minħabba n-nuqqas ta’ Youssef En-Nesyri li se jkun involut fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika.
Cavani skorja goal wieħed biss minn tmien dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u rreġistra total ta’ 18-il goal u sitt assists f’47 logħba għal Man United.
L-ex attakkant ta’ Paris Saint-Germain tilef l-aħħar sitt logħbiet tal-Premier League tat-team tiegħu bi problema fil-pexxul, iżda hemm tama li jista’ jilgħab kontra Newcastle United nhar it-Tnejn.