Thursday, December 26, 2024

Edinson Cavani se jerġa’ jkun nieqes kontra Leeds United

Aqra wkoll

Il-manager temporanju ta’ Manchester United, Ralf Rangnick, qal li Edinson Cavani se jerġa’ jkun nieqes għall-konfront tal-Ħadd fil-Premier League kontra Leeds United.

L-internazzjonali Urugwajan reġa’ ġie deher fit-taħriġ wara li tilef l-aħħar żewġ logħbiet tal-Premier League tat-team tiegħu kontra Southampton u Brighton & Hove Albion minħabba injury.

Minħabba f’hekk, l-attakkant ta’ esperjenza kien mistenni li jerġa’ jkun fl-iskwadra kontra Leeds f’Elland Road.

Madankollu, waqt li tkellem waqt il-konferenza stampa ta’ qabel il-partita tal-Ġimgħa, Rangnick żvela li l-player ta’ 35 sena se jerġa’ jkun assenti, wara li issa għandu wkoll kwistjoni fl-istonku.

“Kif jidher, Edinson Cavani xorta se jkun barra. Għadu qed ikollu xi problemi bil-groin tiegħu u, min-naħa l-oħra, ukoll bl-istonku tiegħu,” qal Rangnick lill-ġurnalisti.

Cavani, li skorja darbtejn u rreġistra assist wieħed fi 15-il dehra f’livell ta’ club dan l-istaġun, għandu biss kuntratt mal-club minn Old Trafford sal-aħħar ta’ Ġunju u se jkun qed iħalli l-club bi free transfer fi tmiem l-istaġun.

Il-player mill-Amerika t’Isfel huwa ħerqan li jiffinalizza trasferiment ma’ club tal-La Liga fi Spanja qabel l-istaġun li ġej.

Ekonomija

Sport