Monday, June 16, 2025

Edizzjoni oħra ta’ Lejl Imkebbes fiċ-Ċittadella

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju ġie organizzat l-avveniment ta’ Lejl Imkebbes li ta’ kull sena jiġi organizzat u mtella’ mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Dawk preżenti setgħu igawdu lejl maġiku ’l ġewwa u madwar is-swar taċ-Ċittadella. Attività fejn bosta Maltin u turisti ngħaqdu ma’ oħrajn Għawdxin f’din il-belt il-qadima fil-qalba tal-belt Victoria.

It-toroq imserrpa u storiċi ta’ din il-belt kienu mdawla b’aktar minn 20,000 xemgħa filwaqt li l-mużewijiet kollha fettħu l-bibien tagħhom b’xejn matul dan il-lejl. Il-viżitaturi kellhom l-opportunità wkoll li jaraw re-enactments storiċi filwaqt li f’parti oħra, kemm it-tfal kif ukoll l-adulti setgħu jieħdu ritratti ta’ tifkira.

Kienet attività għall-gosti u l-etajiet kollha. Dawk preżenti setgħu igawdu wkoll dawra mas-swar fejn dawn joffru veduta mil-isbaħ  tal-pajsaġġi, l-irħula u l-knejjes pittoreski ta’ Għawdex. Fid-ditch taċ-Ċittadella kien hemm stands li kienu qed joffru kull xorta ta’ ikel u xorb, kif ukoll attivitajiet ta’ involviment għat-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport