Il-kap eżekuttiv ta’ Ajax CEO Edwin Van Der Sar qal li hu “estremament kuntent f’Amsterdam” imma rrifjuta li jeskludi ritorn ma’ Manchester United f’xi stadju fil-futur.
Van der sar li għandu 51 sena qatta’ sitt snin ma’ Manchetsre United fl-aħħar tal-karriera tiegħu, u rebaħħ erba’ titli tal-Premier League u ċ-Champions League matul iż-żmien tiegħu fil-club.
L-Olandiż ilu CEO ta’ Ajax mill-2016, u x-xogħol tiegħu fil-club wassal għal suġġerimenti li r-Red Devils huma ħerqana li jġibuh lura f’Old Trafford.
Van der Sar insista li huwa miftuħ għal “sfida ġdida” fil-futur iżda m’għandu l-ebda pjanijiet immedjati biex iħalli liċ-champions Olandiżi.
Sadanittant, il-manager ta’ Ajax Erik Ten Hag qed jiġi kkunsidrat minn Manchester United bħala sostitut potenzjali fit-tul għal Ole Gunnar Solskaer.