Thursday, December 26, 2024

Effett tas-sħana fuq pajjiżna… il-bdiewa affettwati ħażin ħafna

Aqra wkoll

Matul dan is-sajf, kemm f’Ġunju, Lulju u anke f’Awwissu pajjiżna ukoll intlaqat minn mewġiet ta’ sħana. It-temperaturi għoljin u n-nixfa fl-aħħar jiem deher l-effett tagħhom sew f’għadd ta’ msaġar fejn għadd ta’ siġar dehru qed jinxfu.  

Diversi bdiewa qed jilmentaw li t-temperaturi għoljin, flimkien mal-umdità iwasslu biex ċertu tipi ta’ frott ma salvawhx.

Bidwi li tkellem ma’ Talk.mt qalilna li “f’temperaturi ta’ sħana qawwija, flimkien mal-umdità toħloq ċirkostanza fejn tiffavorixxi bil-kbir li jikbru ċerti insetti u anke mikrobi. Fost dawn għandek il-moffa li tagħmel ħsara lis-siġar u l-pjanti.”

L-istess bidwi qalilna li “biex ngħidu kollox is-sajf f’Malta dejjem kien diffiċli. Donnu imma minn l-aħħar 10 jew 15-il sena, in-nixfiet qed ikun itwal. Saret diffiċli żżomm anke siġar tal-frott f’xi għelieqi matul is-sajf jekk ma ssaqqihomx. Sirna qisna nixbħu lid-deżert fejn hemm għelieqi m’hemmx ilma. Din hi problema kbira għal biedja u għal futur tal-biedja f’Malta. Hawn min sab problemi anke b’siġar taż-żebbuġ li huma siġar li jifilħu għas-sħana. Ħares lejn l-għeneb per eżempju, laħaq qabel din is-sena u naħseb li l-produzzjoni tiegħu se tkun ferm inqas minn ta’ snin oħra”.

Ekonomija

Sport