Eġizzjan ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti mixli li kellu ammont sostanzјali ta’ kannabis fil-garaxx tiegħu.
Fil-Qorti, Emad Masoud ġie mixli li nhar is-Sibt li għadda kellu fil-pussess tiegħu raża tal-kannabis, liema ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Fl-awla tal-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Francesco Mizzi u John Leigh Howard, irriżulta li l-pulizija segwew lill-akkużat sal-garaxx fejn sabu ammont ta’ kannabis.
Quddiem il-Maġistrat Stafrace, Masoud wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġјuba kontrih u għalhekk baqa’ miżmum arrestat