Monday, September 30, 2024

Eġizzjan jinżamm arrestat wara li allegatament beżża’ lill-ġar tiegħu

Aqra wkoll

Eġizzjan ta’ 62 sena residenti Marsaskala tressaq il-Qorti akkużat li beżża’ lill-ġar tiegħu b’sikkina. Fil-Qorti, ingħad li l-każ seħħ fil-jiem li għaddew.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat, Ashraf Serag allegatament ħareġ b’sikkina għall-ġar tiegħu li joqgħod fl-istess blokka ta’ appartamenti.

Min-naħa tiegħu, il-vittma spjega mal-Pulizija li minħabba biż’ mill-imputat, spiċċa ssakkar għal xi sigħat fir-residenza tiegħu u li wara dawn is-sigħat għamel rappport mal-Pulizija dwar x’ġara.

Fil-Qorti, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest.

Din it-talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti li kienet ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport