Tuesday, December 24, 2024

Eġizzjan jinżamm arrestat wara li nqabad b’620 pillola ecstasy fid-dar fejn jgħix

Aqra wkoll

Ahmed Said Habazi, Eġizzjan ta’ 24 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li allegatament il-pulizija sabu 620 pillola ecstasy f’50 pakketti tas-sigaretti fil-kamra tiegħu. Hu kien akkużat bil-pussess ta’ droga mhux għall-użu esklussiv tiegħu.

Habazi wasal Malta fl-2019 u kien talab kenn f’pajjiżna. Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih filwaqt li l-Qorti ċaħdet it-talba li saret biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur John Leigh Howard filwaqt li l-Avukat Martin Fenech qed jidher għall-akkużat.

Ekonomija

Sport