Friday, November 15, 2024

“Ejjew nirbħu l-finali” – Lionel Messi

Aqra wkoll

Wara li sofrew umiljazzjoni kontra l-Arabja Sawdija fl-ewwel logħba tagħhom tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, l-Arġentina saru l-ewwel finalisti ta’ din l-edizzjoni meta bl-aktar mod konvinċenti huma għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 3-0. 

L-istilla Lionel Messi, li fetaħ l-iskor minn penalty u rreġistra assist għal Julian Alvarez, kien l-ispirazzjoni tat-team tiegħu fejn qed jerġa’ jilgħab l-aqwa football personali. 

“Qed inħoss emozzjoni kbira. Huwa tal-ġenn dak kollu li qed nesperjenzaw. Għidna fil-bidu, emmnu fina, għax nafu x’aħna”, beda billi qal l-Arġentin, li qabel il-logħba kontra l-Kroazja kellu fastidju fil-hamstring. 

“Hija tassew sitwazzjoni eċċitanti. Tara lin-nies kollha fil-pajjiż tagħna jifirħu, lill-familji tagħna jsegwuna fil-ground … hija xi ħaġa speċjali. Issa fadal l-aħħar pass. Aħna għalhekk ġejna hawn biex nilagħbu fl-aktar partita importanti.:

Messi ddeskriva l-qawwa mentali tal-players kollha fl-iskwadra u kif irkupraw mit-telfa tal-Arabja Sawdija, l-ewwel taqsima kontra l-Messiku u l-goal tad-draw li sofrew fl-aħħar sekondi tal-partita kontra l-Olanda. 

“Għaddejna minn sitwazzjonijiet diffiċli, iżda oħrajn tassew tajbin. Esperjajna xi ħaġa tassew spettakolari. Qed nieħu ferm gost b’dan kollu … li qed inferrħu lin-nies tagħna kollha … u lill-Arġentini kollha li jinsabu f’pajjiżna. Nimmaġina li hemm ġenn kbir.

“Ejjew nirbħu l-finali!” temm jgħid Messi.

Ekonomija

Sport