Thursday, October 23, 2025

Ekonomija b’Saħħitha Futur għal Uliedna – it-tema tal-Budget 2026 li l-Gvern se jippreżenta nhar it-Tnejn

Aqra wkoll

Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna. Din hija t-tema għall-Budget 2026 li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jippreżenta nhar it-Tnejn li ġej fil-Parlament.

Il-Budget moqri mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, se jkompli jinvesti fil-familji, fil-ħaddiema, fiż-żgħażagħ, fil-pensjonanti għax il-pajjiż għandu ekonomija b’saħħitha, ekonomija li toffri futur għal uliedna.

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li meta l-ekonomija tkun b’saħħitha, igawdu l-familji Maltin u Għawdxin. “Dak li ksibna flimkien se jkun il-pedament tal-progress tal-futur,” qal il-Prim Ministru meta ħabbar it-tema tal-Budget li se jkompli jwitti futur sabiħ għal ulied Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport