Sunday, December 22, 2024

EKONOMIJA LI TAĦDEM GĦAN-NIES

Il-qofol tat-tkabbir ekonomiku ta' pajjżna

Aqra wkoll

L-aħħar rapporti jindikaw li pajjiżna esperienza tkabbir ekonomiku ta’ 9% fit-tieni kwart ta din is-sena. Dan it-titjib jieħu dimensjoni ikbar meta wiehed jikkunsidra li l-ebda pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropeja ma’ esperjenza dan l-istess tkabbir. Dan it-titjib jieħu dimensjoni ikbar meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni ekonomika globali diffiċli kaġun tal-pressjonijiet tal-gwerra fl-Ukrajna wara l-isfida tal-pandemija.

It-tkabbir ekonomiku reġistrat minn pajjiżna jisboq b’mod notevoli l-medja taż-Żona tal-Ewro.

Dan it tkabbir huwa attribwit primarjament għar-reżiljenza tal-ekonomija u l-miżuri li ħa l-gvern Malti, kif ukoll għall-fondi Ewropej intiżi biex itaffu l-pressjonijiet esterni fuq l-ekonomija. 

Dan huwa attribwit ukoll għall-għajnuna fil-prezzijiet tal-enerġija. Dan huwa attribwit ukoll għall-viżjoni ċara tal-gvern li fil-milja tagħha hemm il-viżjoni ekonomika tiegħu għall-għaxar snin li ġejjin. Viżjoni li permezz tagħha f’disa’ snin Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku kbir li ssarraf f’żieda reali ta’ aktar minn 90,000 ħaddiem ġdid fis-suq tax-xogħol lokali.

U dan it-tkabbir qed jirrifletti ruħu fil-konsistenza u t-tkabbir li qed jesperjenzaw bosta setturi prinċipali lokali fosthom Is-settur tal-kostruzzjoni, li baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb ħafna, kif ukoll is-settur tat-turiżmu, li qiegħed jirkupra b’rata tajba kif ukoll Il-manifattura u s-servizzi finanzjarji.

It-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna għas-sena d-dieħla, qiegħed juri prospetti tajbin ferm u dan għaliex Malta għandha Ekonomija li taħdem għan-nies. Ekonomija bbażata fuq il-ħolqien ta’ ġid ekonomiku li jilħaq lil kulħadd speċjalment lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.

Ekonomija

Sport