Saturday, November 23, 2024

Eks-direttur tal-WHO jgħid li m’hemmx bżonn vaċċin għall-Coronavirus …jgħid li dan jista’ jkun qed jieqaf waħdu

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-eks-Direttur tal-WHO, il-Professur Karol Sikora qal li l-Coronavirus tista’ tieqaf waħedha b’mod naturali u għalhekk saħaq li m’għadx hemm bżonn ta’ vaċċin. 

Dan il-professur, li hu wkoll onkologu u Kap Uffiċjal Mediku ta’ Rutherford Health, qal fost il-pubbliku Ingliż aktarx hemm inbniet aktar immunità milli kien maħsub u għalhekk qal li l-COVID-19 jista’ jkun li tkun qiegħda tmut magħha nnifisha. 

Sikora qal li hemm ċans reali li l-virus jinqered waħdu b’mod naturali, qabel ma jiġi żviluppat xi vaċċin. Saħaq li bħala riċerkaturi qed jaraw li hemm xejriet simili fil-pajjiżi kollha u għalhekk hu jissuspetta li hemm aktar immunità milli qed jiġi stmat. Għalhekk, hu saħaq li rridu nkomplu nnaqqsu l-veloċità li biha l-virus jinxtered, għalkemm dan jista’ jkun li qed jibda jmewwet lilu nnifsu. 

Sport