L-eks player żagħżugħ ta’ Marseille, Adel Santana Mendy, inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar lejlet il-Milied.
Dan il-player ta’ 22 sena, fis-sajf li għadda kien ingħaqad mal-club tar-Raba’ Diviżjoni, Aubagne FC, li ħabbar il-mewt tiegħu fuq il-media soċjali:
Mendy se jħalli vojt kbir u jibqa’ għal dejjem wieħed minna. Il-ħsibijiet u l-kondoljanzi tagħna kollha jmorru għall-familja tiegħu.”
Mendu kien prodott tal-akkademja taż-żgħażagħ ta’ Marseille, qabel ma ngħaqad mal-clubs Ingliżi, Eastbourne u Langney. Imbagħad huwa mar jilgħab f’Andorra ma’ UE Saint Julia u fi Franza ma’ Côte Bleue, Marignane-Gignac, u mbagħad Aubagne.
Il-pulizja fetħet investigazzjoni dwar dan il-każ.