Friday, November 15, 2024

Eks player ta’ Watford quddiem il-qorti mixli bi stupru

Aqra wkoll

Eks player ta’ Watford ittella’ l-qorti fejn qed jiġi akkużat li stupra mara hekk kif il-kontestanta tiegħu ta’ “Love Islands” raqdet fl-istess kamra tal-lukanda. 

Ashley Charles, ta’ 23 sena, allegatament attakkat lil din il-mara wara lejl jixrob fi clubs ta’ Londra.

Jingħad li huwa mar lura fil-kamra tal-lukanda tagħha mal-players sħabu, Michael Philips u Dennon Lewis, li dehru fil-ħames sensiela ta’ “Love Island”.

Ġara li Philips kien fuq is-sufan mal-mara filwaqt li Charles kien fis-sodda mal-ħabiba tagħha. Iżda huwa raqad mal-art.

Hu mifhum li filwaqt li l-mara msemmija għamlet is-sess ma’ Philips b’mod kunsenswali, qabel ma telaq fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, allegatament hija sabet lil Charles fuqha meta qamet filgħodu.

Hija mill-ewwel bdiet tgħajjat biex jinżel minn fuqha bil-konsegwenza li qajmet lil Lewis u lil ħabiba tagħha li kienu fil-kamra l-oħra. 

Il-ħabiba mill-ewwel ċemplet lill-pulizija li waslu fuq il-post f’ħin qasir u bdew jinterrogaw lil Charles. 

Sadanittant, Lewis ipprova jkellem lil din il-mara li kienet beżgħana u lil Charles li bħalissa qed jilgħab ma’ Wealdstone FC.

Lewis sostna li s-sitwazzjoni f’dak il-mument kienet waħda diffiċli ferm. 

Huwa qal ukoll li Charles huwa bniedem ta’ rispett kbir u qatt ma kien involut f’inċidenti bħal dawn. 

Ekonomija

Sport