Tuesday, December 24, 2024

Eks plejer ta’ Maccabi Tel Aviv fost il-vittmi fl-attakki f’Iżrael

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ Maccabi Tel Aviv, Lior Asulin, sfortunatament tilef ħajtu f’Iżrael wara l-attakk tal-grupp Ħamas li sar is-Sibt filgħaxija waqt festival Supernova. Hu kellu 43 sena u ġie identifikat it-Tnejn filgħaxija meta rriżulta li kien wieħed mill-260 vittma. Ironikament hu kien għadu kemm għalaq żmienu ġurnata qabel l-attakk.

Wara dawn l-attakki, il-kampjonati tal-pajjiż ġew sospiżi, l-istess bħal-logħob tat-tim nazzjonali ta’ Iżrael. Sadanittant, diversi plejers barranin ħallew dan il-pajjiż speċjalment wara li diversi linji tal-arju kkanċellaw it-titjiriet lejn dan il-pajjiż.

Ekonomija

Sport