Friday, December 27, 2024

Eks plejers tat-tim nazzjonali Malti jerġgħu jiltaqgħu

Aqra wkoll

It-Trophies Lounge is-Sibt laqgħet lil uħud mill-eks plejers tat-Tim Nazzjonali Malti li fi żmienhom irrappreżentaw lil Malta bi kburija.

Dan l-avveniment kellu suċċess kbir u ħabat mal-aħħar stadji tal-istaġun tal-festi.

Din l-okkażjoni serviet ukoll ta’ opportunità għall-eks plejers tat-Tim Nazzjonali biex reġgħu jaqbdu l-ispirtu u l-interess tagħhom fil-logħba sabiħa f’Malta, hekk kif segwew bir-reqqa l-konfront tal-quċċata tal-klassifika ikkontestat bejn Ħamrun Spartans u Floriana.

Kienet partita missielta ħafna li ġiet mirbuħa miċ-Champions b’gowl fl-aħħar minuta skurjat minn Roko Prsa li approfitta minn indeċiżjoni mill-goalkeeper ta’ Floriana Georgi Kitanov.

Minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp mhux pjaċevoli s-Sibt wara nofsinhar, attendenza tajba ta’ eks plejers tat-Tim Nazzjonali attendiet għall-attività fit-Trophies Lounge.

Fl-attendenza wkoll Joe Cini l-uniku eks plejer li għadu ħaj mill-ewwel partita ta’ tat-Team Nazzjonali Malti, li fiha tlifna bl-iskor ta’ 3-2 fl-Empire Stadium kontra l-Awstrija fl-24 ta’ Frar, 1957.

Eks plejers oħra li attendew għall-attività tas-Sibt fit-Trophies Lounge kienu jinkludu lil Anton Camilleri, Nardu Farrugia, Raymond ‘Mundu’ Vella, Silvio Vella, Michael Woods, Silvio Demanuele, Edward Herrera, Richard Buhagiar, Michael Woods, William Camenzuli, Stephen Wellman, Dennis Fenech, Jeffrey Chetcuti, Alan Zammit, Leli Fabri, Joe Galea, Roderick Bajada, Gilbert Agius, Paul Sixsmith, Nicky Saliba, Jimmy Briffa, Joe Zarb, Edwin Camilleri, Carlo Mamo, Jesmond Delia, Denis Cauchi, Nenad Veselji u Jonathan Magri Overend.

Ekonomija

Sport