Thursday, March 13, 2025

Eks reliġjuż akkużat b’abbużi sesswali fuq tifla ta’ 12-il sena

… Jekk jinstab ħati jista’ jeħel 20 sena ħabs

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-abbużi sesswali minn reliġjużi jkomplu joħorġu fil-miftuħ bl-aħħar każ ikun ta’ eks pastor ta’ kongregazzjoni kbira f’Oklahoma. Wara li rreżenja minħabba li kien hemm mara li akkużatu li abbużaha sesswalment lura fis-snin tmenin, Robert Preston Morris ta’ 63 sena ġie formalment akkużat b’abbuż sesswali fuq minuri.

L-allegat abbuż beda fl-1982 meta l-vittma kellu 12-il sena u Morris kien fuq xogħol pastorali f’Hominy, Oklahoma u mar jgħix mal-familja tagħha. Huwa allegat li l-abbuż dam fuq medda ta’ erba’ snin u jekk jinstab ħati Morris jista’ jeħel 20 sena ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport