F’eku tal-inċident li seħħ nhar il-Ħadd filgħodu fil-grawnd ta’ Ħd-Dingli, fejn plejer spiċċa l-isptar biex jirċievi aktar assistenza medika u tnejn oħra ndarbu wara ġlieda bejn plejers f’logħba ta’ taħt is-17-il sena bejn Zabbar St Patrick u Naxxar Lions, il-Kummissarju tad-Dixxplina tal-Malta FA ssospenda lill-player ta’ Zabbar, Jaden Butland, għal sena eżattament sas-16 ta’ Marzu 2027.
Wara dan l-inċident, il-logħba twaqqfet, u r-referee ddeċieda li jwaqqaf il-logħba.
Intant fi stqarrija li ħarġet proprju matul il-jum tal-Ħadd, il-Malta Football Association ikkundannat bis-sħiħ ix-xeni ta’ vjoelnza waqt din il-partita msemmija. Intant, il-Kummissarju tad-Diixplina tal-MFA fost oħrajn ħabbar ukoll il-lista tal-plejers sospiżi mill-Malta Premier, li lkoll ġew sospiżi logħba. Dawn huma: Jose Ulises Arias u Nikolai Muscat (Marsaxlokk), Vincenzo Potenza (Kowċ Marsaxlokk), Joquim Da Silva Fernandes (Mosta), Edson Farias Cerqueira (Naxxar), Adam Magri Overend, Steve Pisani u Vito Plut (Sliema), Jake Azzopardi (Valletta) u Bruno Miguel

