Wednesday, December 25, 2024

El Chapo jilmenta minn sigurtà żejda u li qed jgħix 24 siegħa tortura fil-ħabs 

Aqra wkoll

L-eks baruni tad-droga Joaquin Archivaldo Guzman Loera magħruf bħala El Chapo jgħid li qed jiġi ttrattat ħażin fil-ħabs fl-Amerka. Huwa jsostni li s-sigurtà kbira li hemm qed tħalli effett fuq ħajtu. 

Huwa kiteb ittra bl-Ingliż fejn qal li t-trattament li qed jirċievi huwa tassew krudili u li qed jikkawżalu problemi psikoloġiċi kif ukoll problemi f’saħħtu. Huwa talab li l-qorti tintervjeni dwar din l-inġustizzja. 

Lura fl-2019 El Chapo nstab ħati fuq 10 akkużi li huma relatati ma’ traffikar tad-droga u ħasil ta’ flus. Huwa qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs u 30 sena magħhom.

El Chapo kiteb kif huwa jqatta’ l-ġurnata tiegħu fil-ħabs f’ċella b’tieqa żgħira li minnha jirċievi l-ikel. Qal ukoll li ma jistax ikollu kuntatt jew komunikazzjoni mal-priġunieri l-oħra. Dan l-iżolament qed jikkawżalu pressjoni  għolja u nuqqas  ta’ memorja. Huwa kiteb li qed jgħaddi minn 24 siegħa ta’ tortura. 

Kompla jgħid li kemm ilu li wasal fl-Amerka qatt ma tħalla jkellem lil martu Emma Coronel fejn hi wkoll qed tiskonta sentenza ta’ tliet snin wara li nstabet ħatja li ppruvat tgħinu jmexxi ċ-ċirku tad-droga.

Minkejja t-tentattiv tiegħu fl-appell tas-sentenza l-qorti ċaħdet din l-istess talba f’Jannar li għadda.

Ekonomija

Sport