Meta nhar il-Ħadd li ġej Barcelona jmorru fis-Santiago Bernabeu Stadium biex jilagħbu kontra Real Madrid fil-famuż El Clasico, dawn tal-aħħar jistgħu jixħtu lill-Katalani fi kriżi kbira.
Fis-sajf li għadda, Barcelona nefqu xejn inqas minn €145 miljun f’akkwisti ta’ players ġodda … huma maħkuma minn djun kbar … jinsabu fix-xifer tal-eliminazzjoni tal-UEFA Champions League fejn mistennija jitilfu €48 miljun … u għandhom bosta players anzjani li għandhom salarji kbar iżda ma jridux itemmu l-kuntratt biex tittaffa l-kriżi finanzjarji.
Fl-aħħar sitt partiti tal-kampjonat, Barcelona ma sofrew l-ebda goal kontra Real Valladolid, Cadiz, Elche u Real Mallorca, iżda dawn mhumiex timijiet li huma magħrufa għall-ħiliet li jiskorjaw. Dawn rari ttestjaw lill-goalkeeper
Marc-Andre ter Stegen li prattikament qatt ma daħal fl-azzjoni.
Iżda kontra t-timijiet il-kbar mhumiex qed jiksbu r-riżultati mixtieqa. Il-UEFA Champions League hija l-akbar test għalihom iżda fallew b’mod konsiderevoli.
Real Madrid se jkunu test akbar. Min jirbaħ minnhom jaqbeż waħdu fil-quċċata tal-klassifika … u l-Katalani ma jistgħux jaffordjaw li ma jirbħu t-titlu minħabba li jintefgħu f’baħar ta’ inkwiet kbira finanzjarju.
Il-kritiċi Spanjoli qed isostnu li teżisti l-possibbiltá li Barcelona jistgħu jiddikjaraw falliment fil-futur qrib.