Il-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2, li kienu tant mistennija mid-dilettanti tal-powerboats, ingħataw bidu illum f’San Pawl il-Baħar.
L-avveniment tal-powerboats se jkun mifrux fuq tlett ijiem u jikkonsisti laqgħat tal-Klassijiet V2 u Cyber, b’dawn tal-aħħar ikunu l-ewwel li jkunu fuq l-ilma. Iċ-Cyber Class hija powerboat iżgħar, twila 13-il pied.
Il-Klassi Cyber hija klassi relattivament ġdida fi ħdan Voomquest, iżda s-sewwieqa tagħha jipproduċew wirjiet tajba. Rebbieħa tal-ewwel tiġrija, is-sewwieqa ta’ 16-il sena ta’ The Element Racing Team Celine Farrugia. Farrugia kellha kompetizzjoni diffiċli li rat tiġrija b’ħafna tattika. Il-ħila ta’ Farrugia ratha tieħu l-ewwel rebħa tal-kampjonat.
Wara nofsinhar, kienu l-powerboats V2 li għamlu ritorn mistenni wara pawsa ta’ sentejn. It-timijiet kienu qed jaħdmu għal rebħa iżda kien El Diablo ta’ Clive Butler u Sammy Grima li ħadu l-unuri għall-ġurnata. Huma sostnew il-pożizzjoni tagħhom fuq quddiem mill-ewwel u wrew li kienu t-tim li wieħed kellu jegħleb llum wara nofsinhar f’San Pawl il-Baħar. Huma żammew posthom fuq quddiem u għelbu d-diversi t-tentattivi qalbiena ta’ Freccia Blu biex jaqbżuhom.
Il-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2 jirritornaw għada bit-tiġrijiet V2 li jibdew fit-3.30 pm.
Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv
Union Internationale Motonautique (UIM) u huwa appoġġjat mill-Enemed, Yachting Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Seaview Hotel, Chaudron Powerboats, Transport Malta u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.